It-tvenvin tal-pompi,
It-tpespis tal-għasafar,
It-tkarwit tal-iskrejjen,
Jonqos biss it-tħaxwix tas-siġar,
U id-dell kenni tagħhom,
li jiffriska mix-xiwi tax-xemx.
Bejn il-ħitan tal-ħbula ifeġġ xi bidwi,
Waqt li mal-mogħdija tara xi van tiela’
U tistaqsi, “imma min jaf fejn sejjer?”
Aktar ma għajnejk joqogħdu,
Aktar tinnota:
Xi niċċa tar-Redentur,
Xi statwa tal-Aċċomu.
Madankollu, inti, tosserva mill-bogħod,
U tintebaħ, f’salt wieħed
Bil-kwiet u il-kalma tal-baħar ta’ moħħna